Minn Osservatur Politiku Il-baġit mhuwiex biss dokument finanzjarju iżda huwa wkoll dikjarazzjoni morali u soċjali ta’ pajjiż. Il-Baġit 2026 għandu jkun mument fejn Malta tħares ’il quddiem b’ċertezza, bil-għan li tinvesti mhux biss fl-infrastruttura imma fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħha. F’dan l-istadju, pajjiżna jinsab f’salib it-toroq. Wara snin ta’ tkabbir ekonomiku impressjonanti, hemm bżonn direzzjoni ġdida […]